Niġerjan ta’ 34 sena, tilef ħajtu wara li nqabad bejn xi prodotti u makkinarju waqt li kien qiegħed iħott l-istess prodotti ġewwa container.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00pm, ġewwa fabbrika fi Triq is-Santwarju tal-Ħlas, Ħal Qormi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, iżda l-ħaddiem sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li l- investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.