Ħames persuni arrestati b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga f’San Pawl il-Baħar fosthom tfajla ta’ 16-il sena

Aqra wkoll

Ħames persuni ġew arrestati mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni dwar allegat traffikar ta’ droga f’San Pawl il-Baħar. Wara informazzjoni li waslet għand il-Pulizija, nhar it-Tnejn filgħaxija l-Pulizija għamlu tfittxija f’appartament, fejn ġew arrestati erba’ persuni. 

Wieħed minnhom ipprova jaħrab, iżda ġie arrestat mill-ewwel. Il-persuni arrestati huma raġel ta’ 25 sena, tnejn oħra ta’ 20 sena u tfajla ta’ 16-il sena. 

Mit-tfittxijiet li saru fl-appartament ġew elevati madwar 150 qartas b’sustanzi suspettati eroina, kokaina, kif ukoll kannabis. Ġew elevati wkoll madwar €5,000 fi flus kontanti u diversi mowbajls. 

L-għada t-Tlieta ġiet arrestata mara oħra ta’ 27 sena b’rabta mal-istess investigazzjoni. Bil-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL. D, li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta. 

Uħud minn dawk arrestati mistennija jitressqu l-Qorti fil-ħin li ġej.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport