Tliet persuni arrestati wara li nstabu 162 qartas b’sustanza suspettata droga sintetika fil-pussess tagħhom

Aqra wkoll

Nhar it-Tlieta, waqt rondi mmirati f’żoni magħrufa għall-bejgħ u l-użu tad-droga fil-Marsa, il-Pulizija arrestat tliet persuni li kienu fil-pussess ta’ 162 qartas b’sustanza suspettata droga sintetika.

Fi Triq Diċembru 13, il-Pulizija nnutat mara li qajmet suspett u għaldaqstant avviċinawha. Waqt li kienu qegħdin ikelmuha hija dehret tipprova taħbi xi ħaġa taħt faxxa li kellha ma’ riġlejha. Kien hawn li saret tfittxija fuqha u fil-pussess tagħha nstabu 21 qartas b’sustanza suspettata droga sintetika. Il-mara, li għandha 25 sena u residenti l-Marsa ġiet arrestata.

Wara, il-Pulizija akkumpanjat lill-mara fir-residenza tagħha fi Triq il-Ġerrejja sabiex issir tfittxija. Malli waslu fuq il-post innutaw li kien hemm xi persuni u għalhekk il-Pulizija daħlu ġewwa u arrestaw żewġ persuni oħra – mara ta’ 32 sena minn Bormla u raġel min-Niger ta’ 34 sena residenti l-Qrendi.

Waqt tfittxija li saret f’baskett tar-raġel, instabu 141 qartas oħra b’sustanza suspettata droga sintetika kif ukoll żewġ mobiles. Wara saret tfittxija oħra fir-residenza tiegħu fil-Qrendi fejn instabu erba’ mobiles u tliet pilloli suspettati ecstasy.

Il-persuni kollha ttieħdu lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana sabiex ikomplu l-investigazzjonijiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport