Ħamrun SC ikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali tal-Euro Winners Challenge Tournament wara li kisbu t-tieni rebħa tagħhom kontra Genappe BS bl-iskor ta’ 3-1.
It-tim Malti kien ferm tajjeb tul il-partita kollha u wara li William poġġihom minn fuq fl-ewwel taqsima, Toni Almeida rdoppja l-iskor u għalkemm Genappe skorjaw permezz ta’ Fox, David issiġġilla r-rebħa għall-Ħamruniżi.
Illum Ħamrun SC jilagħbu l-aħħar logħba tal-grupp kontra t-tim ospitu AD Nazare 2022.
Sadanittant, iċ-champions Maltin Sliema Beach Soccer jibdew l-avventura tagħhom fil-Euro Winners Cup f’Nazare hekk kif jilagħbu kontra Falfala fl-4 pm. Matul din il-ġimgħa huma jkollhom ukoll logħbiet kontra Ecoris u Bavaris Beach.


