Sunday, June 7, 2026

“Triq ċara għal 5 mandat jekk il-PL jindirizza dak li wassal biex eluf baqgħu d-dar”

- l-eks Prim Ministru Joseph Muscat

Aqra wkoll

Fuq ir-riżultat smajna ħafna interpretazzjonijiet. Kif mistenni l-attenzjoni prinċipali kienet fuq kemm kien id-distakk f’termini ta’ voti. Kien distakk ta’ 22,000, li hu sostanzjalment inqas mid-distakk tal-elezzjoni tas-sena 2022. Biss jekk wieħed ikollu janalizza t-total ta’ voti li ġab il-Partit Nazzjonalista f’din l-elezzjoni u jqabbilhom ma’ dik tas-sena 2022 u 2017, joħorġu fatti mill-aktar interessanti. Jekk saħansitra iqabbilhom ma’ dawk tas-sena 2008, isib li f’din l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista ġab 7,000 vot inqas. 

Jekk tqabbilha mas-sena 2017 issib li l-ammont ta’ voti li ġab il-Partit Nazzjonalista baqa’ fl-istess livell. Hu ċar minn dawn ir-riżultati li ma kien hemm ix-xejra li votanti minn naħa Laburista marru fuq in-naħa Nazzjonalista. Li ġara kien li kellek eluf ta’ votanti Laburisti li baqgħu d-dar. 

IT-TORĊA tkellmet ma’ l-eks Prim Ministru Joseph Muscat dwar din l-istatistika. Hu jgħidilna li “fl-elezzjoni ġenerali tas-sena 2017, il-Partit Nazzjonalista kien ġab 136,000 vot. Fl-elezzjoni ġenerali tas-sena 2026, il-Partit Nazzjonalista reġa’ ġab l-istess ammont. Fis-sena 2022 iż-żewp partiti kienu naqqsu mill-voti b’ dawk tal-Partit Nazzjonalista jikkrollaw. Tant kien hemm suppost esperti li ffukaw biss fuq id-distakk, li dan il-punt essenzjali lanqas taw kasu. Fil-verità, il-136,000 vot ta’ din is-sena huma inqas mill-136,00 tas-sena 2017 għax il-votanti żdiedu”.

Saħaq li “jiġifieri is-suċċess ta’ Alex Borg kien daqs id-disfatta ta’ Simon Busuttil. Essenzjalment dak li ġara kien li dawk li ma vvutawx lil PN fis-sena 2022 minħbba tt-taħwid li kien hemm, inkluż il-kolp ta’ stat fuq Adrian Delia, reġgħu marru lura. Iżda l-PN ma ġabx votu mill-Partit Laburista” 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport