Żagħżugħ ta’ 16-il sena jingħata l-ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ traffikar ta’ droga 

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 16-il sena residenti Birżebbuġa ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli bi traffikar ta’ droga, li saq mingħajr liċenzja u li kien jagħmel użu minn armi irregolari.  

Fil-Qorti nstema’ kif iż-żagħżugħ kien arrestat fil-Qajjenza. Minn tfittxija li saret fuqu, fil-vettura u fil-kamra tiegħu, instabu sustanzi suspettati kannabis u kokaina. Instabu wkoll madwar €700 fi flus kontanti, miżien u armi.

Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, fejn sostniet li ż-żagħżugħ għadu żgħir u li għandu fedina penali nadifa, filwaqt li appellat biex jingħata l-għajnuna meħtieġa.

Il-Maġistrat Ann Marie Thake laqgħet it-talba tal-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €9,000.

Il-Qorti wissietu wkoll dwar il-konsegwenzi jekk jikser il-kundizzjonijiet imposti għall-ħelsien mill-arrest matul dawn il-proċeduri. L-Avukat Matthew Xuereb deher għall akkużat.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport