“F’Casal Fornaro” f’Ħal Qormi… in-nies jikkonkorru minkejja t-temp

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għalkemm it-temp fi tmiem il-ġimgħa ma kienx wieħed favorevoli, li wassal biex jitħassru bosta attivitajiet, tard is-Sibt filgħaxija wara li waqfet ix-xita, il-pubbliku seta’ jgawdi l-attivitajiet li ttellgħu f’Casal Fornaro, Ħal Qormi. 

L-organizzaturi ta’ dan l-avveniment kienu qalu li l-edizzjoni tas-Sibt kienet se ssir b’mod ridott. Madanakollu, in-nies xorta waħda kkonkorrew u setgħu japprezzaw id-diversi wirjiet flimkien ma’ drawwiet u tradizzjonijiet ta’ missirijetna permezz ta’ divertiment, żfin u kant folkloristiku u anke l-ikel offrut.

Casal Fornaro ttellgħet ukoll il-Ġimgħa li għadda fejn anke hawn il-konkorrenza kienet waħda sabiħa ħafna. Fuq kollox, din kienet attività li poġġiet fil-qalba tagħha l-istorja ta’ Ħal Qormi u r-rabta tagħha mal-ħobż u s-sengħa tal-ħami, filwaqt li għaqqdet il-wirt, l-artiġjanat, il-folkor, il-mużika u l-gastronomija Maltija. 

Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius qal li din kienet attività b’organizzazzjoni mill-aqwa li turi kemm il-kultura hi parti intrinsika tal-komunitajiet tagħna, litteralment festa għas-sensi kollha. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport