Monday, June 8, 2026

Ħamrun SC jispiċċaw l-ewwel fil-grupp, debutt diffiċli għal Sliema Beach Soccer

Aqra wkoll

Ħamrun SC ikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali tal-Euro Winners Challenge 2026 wara li temmew il-fażi tal-gruppi fl-ewwel post tal-klassifika b’rekord perfett ta’ tliet rebħiet minn tliet logħbiet.

Fl-aħħar impenn tagħhom fil-grupp, il-Maltin għelbu lit-tim Portugiż ta’ AD Nazaré B bl-iskor ta’ 2-1 f’konfront bilanċjat li ntlagħab f’Nazaré, il-Portugall stess.

Nazare fetħu l-iskor permezz ta’ Manuel fit-tmien minuta tal-ewwel perjodu qabel ma’ William ġab l-iskor indaqs għall-Ħamruniżi li eventwalment skorjaw il-gowl tar-rebħa minn Antonello Demanuele. Minkejja l-attakki ta’ AD Nazaré B, Ħamrun żammew sod sabiex kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva tagħhom fit-turnew.

Dan ir-riżultat ikkonferma l-ewwel post tal-grupp għal Ħamrun SC, li issa jħarsu b’ottimiżmu lejn l-isfida tal-kwarti tal-finali.

Intant, ma kinitx ġurnata faċli għal Sliema Beach Soccer li bdew l-avventura tagħhom fl-Euro Winners Cup b’telfa kbira ta’ 13-0 kontra Falfala KQ BSC.

It-tim mill-Iżrael iddomina l-logħba mill-bidu sal-aħħar u fetaħ vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel perjodu permezz ta’ A. Omry, H. Jabareen u Mauricinho. Fit-tieni perjodu, Falfala komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom permezz ta’ A. Karam, Thanger u mill-ġdid Jabareen.

L-aħħar perjodu ra lill-avversarji jżidu sitt gowls oħra permezz ta’ Thanger (doppjetta), Jabareen, A. Omry, Mauricinho, S. Moreb u Amer Yatim sabiex issiġillaw rebħa konvinċenti.

Sliema issa jridu jħallu din it-telfa warajhom malajr u jiffokaw fuq it-tieni logħba tagħhom li se tintlagħab illum kontra Viareggio.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport