Saturday, January 18, 2025

Ħati li m’obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija waqt protesta dwar il-Covid

Aqra wkoll

Raġel ta’ 60 sena kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena wara li nstab ħati li m’obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija waqt protesta fi żmien il-Covid-19.  

Christohpher Grech kien mixli li f’Ġunju tal-2021, fil-Balluta kiser il-paċi pubblika b’għajjat u sotrbju u li naqas li josserva l-liġi fejn ma kellhomx jinġabru aktar minn erba’ persun flimkien, li kien involut f’laqgħa fil-beraħ mingħajr ma l-post kien speċifikat mill-Kummissarju tal-Pulizija u li naqas li jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija. 

Fl-interrogazzjoni li saritlu mill-Pulizija, Grech saħaq li kien ħa sehem fi protesta biex iqajjem kuxjenza f’Malta illi skontu kien hawn nuqqas ta’ libertà ta’ espressjoni.

Grech sostna wkoll li l-liġi biex jintużaw il-maskri kienet waħda llegali. 

Il-Qorti ppresedua mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech semgħet ix-xhieda ta’ diversi uffiċjali tal-Pulizija, li kien marru biex iferrxu l-ġemgħa fejn semmew l dawk li kienu qed jipprotestaw kellhom ukolll megaphone li fuqu bdew jindaqqu d-diski. 

Il-Maġistrat Frendo Dimech sabitu ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih, ħlief dik li kien fi grupp ta’ erba’ minħabbal i l-avviż legali ma baqax fis-seħħ. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport