Wednesday, December 25, 2024

“Hawn nisa li qed tkun diffiċli li jkollhom l-ulied qabel jaslu għall-karriera”

It-Tabib ifakkar li l-fertilità tonqos aktar mal-mara tikber fi stennija biex tasal għall-karriera

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Malcolm Paul Agius Galea tkellem dwar is-sostenibbiltà bħala wirt. Huwa qal li l-wirt jista’ jkun tajjeb u jservi ta’ ġid, iżda daqstant ieħor jista’ joħloq diżgwid. Sostna li l-argument wara dan kollu huwa li jeħtieġ li aħna naħsbu x’wirt se nħallu lil uliedna. Qal li l-wirt li se nħallu huwa riżultat tad-deċiżjonijiet li se jittieħdu fil-ġimgħat li ġejjin.

Huwa kkwota studju dwar id-demografija li juri kif sal-2050, il-poploazzjoni ta’ Malta se taqbeż is-700,000 persuna, iżda li r-rata tat-twelid se tkompli nieżla. Huwa spjega li dan ifisser li b’hekk il-popolazzjoni tagħna se tkun soċjetà multi etnika, multikulturali u b’razez differenti fejn kulħadd se jkollu l-ideat u r-reliġjonijiet tiegħu.

“Ma nistgħux niċħdu dan il-fenomenu li se jseħħ żgur. Ejja ninsew il-perċezzjoni li l-poplu Malti se jkun wieħed li jħaddan reliġjon Kattolika biss, ta’ karnaġġjon ċar biss, imma iva rridu nippreparaw lilna nfusna Maltin b’karnaġġjon skura, allura rridu nkomplu mexjin mas-soċjetà”, kompla jgħid it-Tabib.

Qal li kommess li jittieħdu kull opportunità biex anke bl-emendi li hemm bżonn fil-liġi tal-IVF kulħadd ikollu ċans li jsir ġenitur. Minkejja dan qal li jeħtieġ li naffaċċjaw realtajiet ta’ nisa li qegħdin jgħixu f’soċjetà b’ġirja biex jinkisbu l-ogħla ċertifikati fil-kobor tagħhom, iżda mhux jirrealizzaw li l-flus imorru u jiġu, iżda ladarba iż-żmien jgħaddi dan mhux se jerġa’ jiġi lura. Agius Galea qal li jifhem lil dawk li meta jisimgħu dan id-diskors jistednuh jaħdmilhom hu għall-post fejn jixtiequ jgħixu, iżda fakkar dwar ir-rata ta’ fertilità li tkompli tonqos aktar kemm il-mara tkompli tikber. Żied jgħid li għandna familji li għadhom qegħdin jagħtu prijorità lill-karriera u qegħdin iħallu sal-aħħar tat-tletinijiet u anke jaqbżu l-erbgħinijiet u li fuq livell mediku, dan qiegħed ikompli jżid mal-pjaga tat-tnaqqis fir-rata ta’ twelid f’pajjiżna.

“Ngħid ħaġa waħda. Jekk illum tkun l-aħħar ġurnata tiegħu u nħares lura u ngħid li ħajti ħlejta tkun l-akbar disfatta u għalhekk jien sakemm inkun hawn ġew se nagħmel dak kollu li nista’ biex inkun ta’ għajnuna”, temm jgħid id-Deputat Laburista.

Ekonomija

Sport