Monday, July 13, 2026
Home Sport Hibernians jikkonfermaw posthom mal-aħħar erbgħa tal-BOV Veterans Malta FA Trophy

Hibernians jikkonfermaw posthom mal-aħħar erbgħa tal-BOV Veterans Malta FA Trophy

0
15

Se jkunu Gżira United, Floriana, Rabat u Hibernians li se jikkontestaw is-semifinali tal-BOV Veterans Malta FA Trophy fit-tentattiv li jirbħu dan it-tieni l-aqwa unur fil-futbol tal-veterani.

Fl-aħħar kwarti tal-finali li ntlagħbet, Hibernians rebħu partita missielta kontra Żurrieq Wolves 5-3.

Johnny Camilleri kien l-eroj għall-Pawlisti meta skorja tripletta filwaqt li Dylan Mercieca u Ilia Nazarov issiġġillaw il-passaġġ tat-tim tagħhom għal mal-aħħar erbgħa.

Alex Muscat skorja doppjetta filwaqt li Beppe Muscat żied ieħor għal Żurrieq .

Referee kien Ray Tabone.

Is-semifinali issa se jintlagħbu għada fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ hekk kif Gżira United jaffaċċjaw liċ-champions il-ġodda Floriana filwaqt li Rabat Ajax għandhom impenn kontra Hibernians.