Monday, May 4, 2026

Sliema Jirbħu l-Kampjonat tal-Water Polo BOV tax-Xitwa ta’ taħt l-20 sena

Aqra wkoll

Sliema huma ċ-Champions tal-Kampjonat tal-Water Polo BOV tax-xitwa ta’ taħt l-20 sena wara kampanja eċċellenti u mingħajr telfa li assiguratilhom it-titlu fl-aħħar logħba tal-istaġun. Il-prestazzjonijiet konsistenti tagħhom matul il-kampjonat jenfasizzaw is-saħħa, il-profondità u l-kwalità tal-iżvilupp taż-żgħażagħ fil-waterpolo Malti.

Ir-rebħ tal-kampjonat ġie ssiġillat meta Sliema għelbu lill-eqreb rivali tagħhom, in-Neptunes bl-iskor ta 13-4 fil-logħba deċiżiva tal-istaġun li ntlagħbet fil-pixxina ta’ Birżebbuġa.

Biż-żewġ timijiet diġà wrew standards għoljin ta’ kompetizzjoni matul il-kampjonat, din l-aħħar logħba bejn iż-żewġ kontendenti kienet qofol xieraq għal staġun eċċitanti ta’ taħt l-20 sena.

Il-preżentazzjoni tat-trofew saret minn Ernest Agius, Uffiċjal Kap tal-Operazzjonijiet fil-Bank of Valletta, flimkien ma’ Karl Izzo, President tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta’ Malta. L-okkażjoni għal darb’oħra enfasizzat il-kollaborazzjoni qawwija bejn il-Bank of Valletta u l-ASA, partikolarment fir-rigward tal-iżvilupp ta’ atleti żgħażagħ u s-sostenibbiltà fit-tul tal-isports akkwatiċi f’Malta.

Il-Bank of Valletta afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-iżvilupp taż-żgħażagħ permezz tal-appoġġ imsaħħaħ tiegħu lill-ASA, filwaqt li rrikonoxxa l-kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ bħala investiment kritiku fil-futur tal-isport. Billi jappoġġja kampjonati bħall-Kampjonat tal-Water Polo ta’ taħt l-20 sena, il-Bank ikompli jkollu rwol attiv biex jipprovdi lill-plejers żgħażagħ b’opportunitajiet biex jikbru, jikkompetu u jagħmlu progress f’ambjent professjonali u ta’ trawwim.

Din l-inizjattiva tifforma parti mill-impenn usa’ tal-Bank of Valletta għall-iżvilupp tal-komunità, l-edukazzjoni u l-isport, filwaqt li tiżgura li l-atleti żgħażagħ tal-lum jingħataw l-għodod, il-pjattaformi u l-inkoraġġiment meħtieġa biex isiru l-atleti tal-futur.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport