Id-De Valetta Chamber Orchestra se tippreżenta l-aħħar kunċert tal-ewwel staġun tagħha l-Ġimgħa, 12 ta’ Ġunju fit-8:00 p.m fit-Teatru Manoel.
Din il-lejla straordinarja tlaqqa’ fuq l-istess palk żewġ virtużi ta’ fama internazzjonali: il-vjolinista Carmine Lauri, Principal Emeritus tal-London Symphony Orchestra u Hansjörg Schellenberger, eks Oboist Ewlieni tal-Berlin Philharmonic.
Din il-laqgħa rari ta’ eċċellenza mużikali twiegħed ċelebrazzjoni ta’ virtużità, eleganza u arti raffinata, hekk kif dawn iż-żewġ solisti distinti Ewropej jingħaqdu mad-De Valetta Chamber Orchestra għal esperjenza ta’ kunċert indimentikabbli ta’ klassi dinjija.
Il-programm jiftaħ bis-Sinfonija Nru 1 f’Mi bemol Maġġuri ta’ Mozart, komposta fi żmien iż-żgħożija tiegħu, segwita mill-eżekuzzjoni eleganti tal-Kunċert għall-Oboe f’Do Maġġuri minn Hansjörg Schellenberger. Il-lejla tkompli bil-Kunċert għall-Vjolin u l-Oboe f’Do Minuri ta’ Bach, li fih Schellenberger u Lauri jingħaqdu f’djalogu mużikali affaxxinanti.
L-orkestra se tesegwixxi wkoll is-Sinfonija Nru 29 f’La Maġġuri ta’ Mozart, xogħol vibranti u mimli grazzja li jaqbad il-brillantezza u l-ispirtu tal-era Klassika.
Il-lejla tagħlaq b’Carmine Lauri bil-Kunċert għall-Vjolin f’Do Maġġuri “Fl-Istil ta’ Vivaldi” ta’ Fritz Kreisler, ġieħ brillanti lill-perjodu Barokk li juri t-ton radjanti tiegħu, l-espressività artistika u t-teknika impekkabbli tiegħu.
Bħala l-aħħar kunċert tal-ewwel staġun tal-orkestra, dan il-final grandjuż jimmarka pass importanti fl-istorja tad-De Valette Chamber Orchestra u jiċċelebra sena inawgurali notevoli ddedikata għall-eċċellenza artistika, il-kollaborazzjoni u l-ogħla standards ta’ interpretazzjoni orkestrali tal-kamra.
Programm:
Wolfgang Amadeus Mozart
Symphony No. 1 in E-flat major, K. 16
Wolfgang Amadeus Mozart
Oboe Concerto in C major, K. 314
Johann Sebastian Bach
Concerto for Violin and Oboe in C minor
Wolfgang Amadeus Mozart
Symphony No. 29 in A major, K. 201
Fritz Kreisler
Violin Concerto in C major “In the style of Vivaldi”
Edition: Schott Music


