Tuesday, November 3, 2026
Home Internazzjonali Id-Demokratiċi fuq quddiem għall-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu

Id-Demokratiċi fuq quddiem għall-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu

0
60

President Repubblikan storikament mhux popolari, pubbliku Amerikan mhux kuntent biż-żieda fl-għoli tal-ħajja u l-ispejjeż tal-ikel u l-kontijiet, u xhur ta’ stħarriġ favorevoli jindikaw żmien tajjeb għad-Demokratiċi fl-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu li qed isiru l-lum.

Il-kandidati Demokratiċi għandhom aktar mill-218-il siġġu meħtieġa biex jaqilbu l-kontroll fil-Kamra tad-Deputati, skont stħarriġ riċenti. Fl-istesswaqt huma jinsabu ras imb’ras jew ftit ’il quddiem fit-tiġrija ewlenija għall-kontroll tas-Senat.

Stħarriġ li sar ftit ilu min-New York Times wera li fl-elezzjoni għas-Senat f’South Carolina, stat li Donald Trump rebaħ bi 18-il punt perċentwali fl-2024, il-partiti huma ndaqs. Stħarriġ ieħor tas-CNN poġġa lid-Demokratiċi ’l quddiem fl-istati ta Texas, Kansas u Maine.

L-istorja politika riċenti tal-Istati Uniti hija mimlija eżempji fejn l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, anke dawk ftit jiem qabel elezzjoni, ma jkunux preċiżi.

Trump kien mar ħafna aħjar mit-tbassir lejn rebħiet għall-White House fl-2016 u l-2024. It-telfa żgħira tiegħu fl-2020 ġiet wara li ħafna mill-istħarriġiet indikaw rebħa aktar komda għad-Demokratiku Joe Biden.

Aktar kmieni din is-sena, l-istħarriġiet issuġġerew li d-Demokratiku Abdul El-Sayed kien riesaq lejn rebħa konda fil-primarja Demokratika tas-Senat ta’ Michigan. Iżda kienet ta’ 1%.

Ukoll fil-primarja Demokratika ta’ Wisconsin għall-gvernatur, il-kandidat li kellu vantaġġ fl-istħarriġ li jersaq lejn l-20 punt fil-fatt tilef bi frazzjoni ta’ punt perċentwali.

Jekk il-votanti Repubblikani qed ikunu sottorappreżentati b’mod sistematiku, u l-kumpaniji tal-istħarriġ ma jqisux dan meta jfasslu l-mudelli elettorali tagħhom, dan jista’ jwassal biex id-dejta tagħhom tkun imxaqilba favur id-Demokratiċi.

Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn sar aktar diffiċli għal dawk li jwettqu l-istħarriġ biex ibassru kif se jkun magħmul l-elettorat.

F’tellieqa mill-qrib, dawk il-ftit punti jistgħu jagħmlu d-differenza bejn ir-rebħa u t-telfa għal kandidat. U din is-sena, ħafna mit-tiġrijiet ewlenin għas-Senat fl-elezzjonijiet tal-lum jinsabu proprju f’dawk il-marġini dojoq.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here