Matul il-lejl li għadda faqqsu 22 fekruna minn bejta li ma kinitx irrappurtata li tinsab fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex.
Fi stqarrija, l-ERA qalet li din il-bejta kienet viċin ħdejn il-bejtiet tas-sena l-oħra li kienu fuq din il-bajja, madanakollu spjegat li ma ġiet ipprovduta l-ebda protezzjoni peress li ma ġietx irrappurtata.
L-ERA qalet li se jkun hemm moniteraġġ kontinwu filwaqt li appellat lill-pubbliku biex jirrapporta kwalunkwe bejta tal-fekruna li jiltaqa’ magħha biex b’hekk tista’ tiġi assigurata l-protezzjoni adegwata.