Il-funeral ta’ Nadab John se jkun daqs li kieku wieħed mill-patrijiet

Aqra wkoll

Il-Patrijiet Franġiskani – Ta’ Ġieżu – ħabbru li l-funeral ta’ Nadab John li miet traġikament ftit tal-jiem ilu se jkun wieħed daqs li kienu kien wieħed mill-patrijiet.

Hekk qalu l-Patrijiet Franġiskani tal-Belt Valletta fuq il-midja soċjali dwar il-funeral tal-ġuvni Nadab.

“Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min għamel kuntatt magħna biex jgħina fl-ispiża tal-funeral, ix-xewqa tagħna hija li lil Nadab John nagħmlulu l-funeral aħna daqs li kieku kien wieħed mill-Patrijiet. 

“Nadab se jindifen bil-libsa l-bajda u bit-TAU li libbisnieħ kważi 7 ġimgħat ilu u li tant kien ferħan u kburi bihom,” inkiteb fuq il-midja soċjali mill-patrijiet.

“Se nitolbukom biss tingħaqdu magħna għall-aħħar tislima lil Nadab nhar il-Ġimgħa li ġej fid-9.00am, fil-Knisja Ta’ Ġieżu il-Belt Valletta. Il-Quddiesa se tkun bl-Urdu, il-lingwa ta’ Nadab.  Komplu itlobu għall-ġenituri u l-bqija tal-famija ta’ Nadab; il-fidi tagħhom f’dan il-mument diffiċli hija eżempju kbir għalina ilkoll,” temmew jiktbu l-partijiet Ta’ Ġieżu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport