It-18-il jum tal-ġuri ta’ Yorgen Fenech… jixhed Johann Cremona

Aqra wkoll

It-18-il jum tal-ġuri ta’ Yorgen Fenech kompla dalgħodu bix-xhieda ta’ Johann Cremona, il-“persuna ta’fiduċja” ta’ Melvin Theuma

Johann Cremona tela’ fuq il-pedana tax-xhieda dalgħodu hekk kif is-seduta tat-Tnejn kienet ddominata minn kontro-eżami intensiv tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. 

Il-ġuri ta’ Yorgen Fenech jidħol fit-18 -il jum hekk kif ilbieraħ ntemmet ix-xhieda tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, li ġie sottopost għal kontro-eżami estensiv mid-difiża dwar l-imġiba tiegħu matul l-investigazzjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fix-xhida tigħu Johanna Crman jgħid li lura fl-2018, kellu kumpanija tal-gaming li kienet ibbażata Portomaso. Sħab miegħu kien hemm Yorgen Fenech. Ix-xhud qal li hu ħabib ħafna taz-ziju ta’ Fenech u Yorgen kien avviċinah fl-2010 biex jaħdem miegħu. Cremona qal li Fenech kien jieħu ħsieb is-settur tal-Casino. Huma ma tantx kienu jiltaqgħu, qal Cremona. 

Spjega li fi żmien meta l-kumpanija kienet fi żmien ħażin, il-kumpanija kienet qablet li tkellem il-Gvern biex jirranġa s-sistemi tat-taxxa biex in-negozju jkun jista jibqa’ jopera. Apparti dan, Cremona kellu uffiċju f’Ħal Qormi li minnhu hu kien jopera.

Cremona xehed li sar jaf lil Melvin Theuma meta kien fetaħ ħanut fl-2015 jew fil-madwar. Ma’ dan, Cremona xehed li kienu jitkellmu biss biex tgħaddi l-kera tal-ħanut. F’dak iż-żmien, Theuma kien ikun “normali”.

Il-Prosekuzzjoni staqsiet dwar l-ewwel inkontru tiegħu mal-Pulizija. Qal li kien mar għandu fl-2018 Kenneth Camilleri u kien qallu biex jiltaqaw fejn joqod Camilleri. Lil Kenneth kien jafu għax kien ħabib ta’ Missieru. Kien mar bil-karozza u tela miegħu. Camilleri kien qallu li għandu bżonn iwasslu biex ikellem lil Melvin Theuma. 

Dawn kollhu għall-ħabta tat-8.00pm. Ċempel lil Melvin, wara li bdew isuqu, għax ma kienx jaf fejn joqod Melvin eżatt. Melvin staqsa min hu li ried ikellmu, Cremona qallu “issa ngħidlek”. Baqgħu sejrin id-dar ta’ Melvin li diġà kien barra d-dar jistenna. Kenneth baqa’ sejjer ħdejh u Cremona baqa’ fil-karozza. Kenneth, waħdu, resaq lejn il-kanturniera u Kenneth qabad il-mobile biex iċempel. 

Cremona jixhed li fl-ewwel parti tal-inkontru, Theuma u Camilleri kienu damu 20 minuta jitkellmu. “Ftit żgħajra” kienet twila it-telefonata, qal Cremona. Reġa’ resaq lejn Melvin u mxew fil-karozza ta’ Cremona li dan kien barra l-karozza, imma baqa’ ħdejha. Ix-xhud qal li ma kellux interess ikun jaf x’qalu u ma staqsa xejn. Cremona wassalhom lura d-dar ta’ Camilleri, Bulebel.

Cremona kompla jispjega li ma kienx jaf għalfejn kien ċempel lilu biex jiltaqa’ ma’ Theuma. Anqas ma kien jaf kif Camilleri kien jaf li Cremona jaf lil Melvin Theuma. 

Jixhed li fil-karozza, ma ntqal kważi xejn diskors. L-għada ta’ dan, meta Cremona mar jiftaħ l-uffiċju, sab lil Kenneth wara l-bieb – talbu biex jidħol u jagħmillu kafè. Wara nofsiegħa ġie Melvin u li staqsa għal Kenneth. Kenneth ħareġ mill-uffiċju ta’ Cremona u mar ikellem lil Melvin fil-coffee area. Melvin beda jħabbat fuq spaltu bir-rabja, filwaqt li Cremona baqa’ fl-uffiċju tiegħu. 

F’dan il-ħin, Cremona assuma li kien hemm argument żgħir wara li xi ħadd dagħa u telqu t-tnejn il-barra. Sakemm ġie Theuma fl-uffiċċju, Cremona u Camilleri tkellmu ftit li xejn, bdew jiċċajtaw biss. Ix-xhud jispjega li ħlif id-dawgħa, ma sema xejn iżjed.

Wara xi ftit ġranet, Melvin kien ċempel lil Cremona waqt li kien il-Belt qed jieħu Kafè, Theuma qallu “mela mhux hawnhekk qiegħed?” … dan ifisser li Theuma kien il-garaxx u ma sabx lil Cremona. Wara ftit sabu l-Belt u talbu n-numru ta’ Kenneth. Cremona irrifjuta u minflok ċempel hu mill-mobile tiegħu. 

Fuq it-telefonata, Cremona qallu “u hawn qiegħed jien, Kastilja”. Kenneth kien jaħdem security f’Kastilja, qal Cremona. Iltaqgħu u marru jieħdu kafè. Cremona innota li kien hemm xi ħaġa li riedu jgħidu imma ma stawx ħabba Cremona. Dan qam u mar iħallas. Theuma u Cremona mxew sadanittant u sema lil Melvin jgħid lil Kenneth “araw kif se tagħmlu u irranġawlhom għall-bail lill-aħwa Degorgio”. 

Ix-xhud qal li ħassu ixxukjat għax kien jaf min huma l-aħwa Degorgio u beda jinduna li se jidħol f’basla “intortament”. Wara ftit siegħat, Kenneth ċempel lil Johann u qallu “lili mhux se tarani aktar ‘l hemm”.

Ix-xhud jixhed kif waqt li Theuma u hu kienu mixjin biex jiltaqgħu ma’ Kenneth fil-kafetterija ta’ quddiem il-Parlament, ma ntaq l-ebda diskors. Qal ukoll li meta talbu in-numru u rrifjuta għax mhux sew li tagħti n-numru ta’ xi ħadd lil ħaddieħor, xorta waħda ddeċieda li jċempel hu għax innota rieda qawwijja. Il-Prosekuzzjoni staqsiet dwar għalfejn baqa’ jagħmel dan, anke jekk f’diskussjonijiet preċedenti hu ma kien jaf xejn dwar x’qed jiġri.

Cremona qal li meta sema l-kliem tal-bail, ma assumiex li Melvin kellu sehem fil-qtil. “Ara fix daħluni”, qal Cremona dak il-ħin. Johann qal li wara dan l-inkontru, Melvin ma kellmux aktar u Kenneth talbu biex ma jċempillux aktar fuq dak in-nurmu tal-mobile. Cremona ma staqsa xejn lil ħadd dwar il-parlant. Wara dik il-ġimgħa ta’ skien, Melvin kien mar lura l-uffiċċju ta’ Cremona u staqsih x’qed jiġri. 

Melvin “ma kienx jidher sabiħ. Iddisprat kien dak il-ħin.” Theuma reġa staqsih biex iċempel lil Kenneth u din id-darba Cremona irrifjuta li jagħmel dan. It-tweġiba ta’ Theuma qal mistoqsija ta’ Cremona kienet “għax tradewni”. Cremona staqsa min u Theuma qallu Yorgen Fenech u Keith Schembri. Ħlief dawn id-dettalji, ma qallux fix tradewh. Wara dan, Theuma beda jmur kuljum mas-7.00am fl-uffiċju ta’ Cremona.

Ix-xhud jixhed li kien imur għandu Theuma biex iwassal il-messaġġ minħabba li dan kien jaf li Yorgen kien sħab ma’ Cremona fin-negozju. Dawn iż-żjarat kuljum baqgħu sejrin sa xahar qabel ġie arrestat Theuma. 

F’dawn l-inkontri ta’ kuljum, Melvin kien jgħidlu lil Cremona li l-istess nies qabduh “joqtolha”. “Dan dejjem x’qalli Melvin – issa jien ma nistax nikkonferma”, issokta jgħid ix-xhud. Kuljum beda joħroġ id-disprament tiegħu ma’ Cremona, Melvin. Dwar minn qabdu, Theuma dejjem baqa’ konsisteni.

Il-Prosekuzzjoni innutat li f’xhieda oħra fil-kumpilazzjoni, Cremona kien semma kien aktar tard, Theuma kien beda jitfa enfasi ħafna akbar fuq Yorgen bħala dak li tah l-ordni tal-qtil. Qatt ma semma aktar lil Keith u beda jsemmi dejjem lil Yorgen bħala dak li ta l-ordni finali. 

Theuma kien semma ma’ Cremona li kien is-somma ta’ €30,000 bħala depożitu. F’dan l-istadju, Theuma kien semma li wara d-depożitu, Yorgen Fenech talbu biex jieqaf kollox. Dan kollhu qabel l-elezzjoni.

Cremona xehed li l-aħwa Degorgio kienu jieħdu l-flus mingħand Theuma, għax hu kien il-middleman bejn Yorgen u l-aħwa Degorgio li kien hu li qabbad lil dawn l-aħwa.

Cremona kompla jixhed li l-flus bdew jissemmew wara xhur, apparti d-depożitu. Fl-ewwel xhur, Melvin kien jgħid ma Cremona li Yorgen mhux qed ikellmu. Cremona jixhed li Theuma fil-bidu kien jgħid li jekk Keith u Yorgen jitraduh, u jinqabad mill-Pulizija kien se jikxifhom.

L-Avukat tal-Prosekuzzjoni jinnota li x-xhud mhux qed jibqa’ konsistenti fl-istqarrijiet tiegħu meta jitqabblu ma’ dawk li kien ta fl-istqarrijiet lill-Pulizija u quddiem il-Maġistrat. Ix-xhud jgħid li dan mhux minnhu u l-avukat qed jieħu siltiet barra l-kuntest.

Cremona qal li skont dak li kien jgħidlu Melvin, Melvin kien jgħaddi l-flus kull ġimgħa lill-aħwa Degorgio fil-ħabs biex iħalsu l-avukati. Dawn il-pagamenti bdew isiru mhux mill-ewwel tal-priġunament. Cremona qarba qallu biex “jaqta’ kollox”. Ma jiftakarx il-fekwenza tal-ħlasijiet. F’dawn iż-żminijiet, Theuma kien isemmi biss lil Fenech bħala l-mandant ewlieni infatti, il-flus kien jistennijhom mingħand Fenech.

Fid-dawl tal-fatt li kien Theuma li qabbda lill-aħwa Degorgio, Cremona ma jafx kif Theuma wasal għall-aħwa Degorgio.

Ix-xhud xehed li meta Yorgen ma kienx iwieġeb lil Theuma, dan kien “jgħid ħafna kliem” tant li ried imur id-Depot tal-Pulizija biex jikxef kollox. Infatti, f’istanza minnhom, hu kien mar quddiem id-Depot biex jagħmel dan għall-aħħar – bagħat ritratt quddiem il-binja tad-Depot lil Cremona. Innota wkoll ix-xhud li meta jirnexxielu jitkellem ma’ Fenech, Theuma kien iħossu “persuna normali” – “kien jinbidel”.

Il-Prosekuzzjoni qed tagħmel referneza għal stqarrija tal-2020 ta’ Cremona meta kien qal li Theuma kien qallu li biex jikkalmah, Yorgen kien jgħidlu “nibqaw sewwa jien u int, u jbusulna l-****”. Cremona stqarr li kultant kien imur ftit kontra Yorgen għax jekk joqod fuq in-naħa ta’ Fenech, Theuma kien jinnervja, u meta jibqa’ man-naħa ta’ Theuma, dan jibqa’ jitkellem.

Meta Melvin ma kienx jirnexxielu jkellem lil Fenech, Theuma kien isaqsi lil Cremona jekk hux qed ikellem lilu – ħafna drabi, qas lilu ma kien ikellem għax minn dejjem kien idum biex iwieġeb. Kultant, Theuma kien jitlob li Cremona jirranġa kuntatt ma’ Kenneth għax Theuma kien jissuspetta li dan kien mibgħut minn Keith Schembri. Theuma mar kemm il-darba Kastilja matul il-jum wkoll, u Cremona kien qallu biex jitlaq. 

Skont Cremona, dan kien imur biex jirikatta lil Schembri u allura dan ma jaħdimx kontrih. Cremona jixhed kif kien jibqa’ fuq il-linja ma’ Theuma sakemm jasal id-dar għax Theuma kien qed jimmaġina ħafna affarijiet – fosthom ħafna muturi jiġru warajh. Dak iż-żmien kellhu dipressjoni qawwija u dejjem jibki u jagħti fuq wiċċu, qal Cremona. Ix-xhud qal ukoll li kien jgħidlu “issa dan x’ridtu?”.

Cremona jixhed li f’mument minnhom Theuma sar jaf li Vince Muscat kien qed jitkellem mall-Pulizija u hemmhekk Theuma qisu “inbidel switch”. Biex jikkalma, Cremona kien isemmi lil xi terzi persuni li mhux involuti fil-każ li xi drabi kienu jissemmew fil-midja. F’dawk il-ħinijiet, Theuma kien isir “l-aqwa persuna”. Irrakonta każ ta’ fejn kienet ħarġet informazzjoni fil-midja ta’ Malti li għandu ħażna kbira ta’ petrol u li hu involuta fil-każ x’aktarx u Cremona kien juża din l-informazzjoni biex jikkalma lil Theuma għax dan ma jibqax fl-ispotlight.

Fix-xhieda tiegħu Cremona qal li Melvin Theuma kien mar fuqu u qallu “għid lil Yorgen u avżah li se nirrekordjah.” Fil-fatt, hu hekk għamel. 

Il-prosekuzzjoni tagħmel referenza lejn xhieda oħra ta’ Cremona fejn qal li Theuma kien qal li diġà beda jirrekordjah u qallu biex jgħid lil Fenech. 

Ix-xhud qal li l-Fenech kellmu permezz tal-app Signal iżda ma kienx wieġbu. Hawn ikkjarfika li hu kien jitkellem mal-akkużat biss fuq in-negozju u li qatt ma reġa’ għamel referenza għal dak li qallu Theuma jew dwar il-każ innifsu. 

Żied ukoll li Theuma kien infurmah li l-Europol u l-eks Kummissarju Cutajar kienu jafu bir-recordings. Jgħid ukoll li Theuma kien ikun jaf informazzjoni sensittiva, fosthom dwar meta kien se jsir ir-raid, mill-Ġojja – li kien jaf permezz tal-Kummissaru Fenech.

Fix-xhieda tiegħu Johann Cremona jixhed dwar dak li Theuma kien jgħidlu dwar Keith Schembri

Johann Cremona xehed li Melvin Theuma kien jgħidlu li Yorgen Fenech u Keith Schembri kienu qrib ħafna ta’ xulxin u li Fenech kien jirċievi informazzjoni mingħand Schembri.

Huwa żied li, skont dak li kien qallu Theuma, dan min-naħa tiegħu kien jikseb informazzjoni mingħand Edgar Brincat “il-Ġojja”, li allegatament kienet tasallu permezz tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

Meta l-prosekuzzjoni staqsiet x’rwol kellu Schembri fis-sens ta’ tradiment li kien jesprimi Theuma, Cremona semma laqgħa li kienet saret il-Belt ma’ Kenneth Camilleri. Skont ix-xhud, Theuma kien jemmen li Camilleri kien intbagħat minn Keith Schembri u kien jinsisti biex jinstab mod kif l-aħwa Degiorgio jingħataw il-ħelsien mill-arrest.

Meta mistoqsi għaliex Theuma kien jgħid li kemm Yorgen Fenech kif ukoll Keith Schembri kienu ttradewh, Cremona wieġeb li ma kienx jaf.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport