Wednesday, May 13, 2026

Il-General Workers’ Union tikkundanna atteġġjament ta’ arroganza lejn ħaddiem tas-sigurtà waqt il-qadi ta’ dmirijietu

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union tesprimi t-tħassib tagħha dwar aġir ta’ arroganza minn eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, fil-konfront ta’ ħaddiem tas-sigurtà li kien qed jaqdi dmiru b’mod professjonali u skont il-proċeduri stabbiliti.

Il-GWU tisħaq li kull ħaddiem, irrispettivament mir-rwol tiegħu, għandu jingħata d-dinjità u r-rispett li jixraqlu. Ħaddiema tas-sigurtà għandhom responsabbiltà importanti biex jiżguraw l-ordni, is-sigurtà u l-osservanza tar-regoli, u għaldaqstant m’għandhom qatt ikunu fil-mira ta’ intimidazzjoni, pressjoni jew atteġġjamenti degradanti.

L-Union tfakkar li persuni pubbliċi u dawk li jokkupaw karigi ta’ tmexxija għandhom jagħtu eżempju ta’ rispett lejn il-ħaddiema kollha, speċjalment meta dawn ikunu qed iwettqu xogħolhom b’onestà u integrità.

Il-GWU tesprimi solidarjetà mal-ħaddiem involut u tappella sabiex dejjem jipprevalu l-kalma, ir-rispett reċiproku u s-sens ta’ responsabbiltà lejn il-ħaddiema kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport