Monday, May 20, 2024

“Il-gost u l-pjaċir tiegħi meta nara lit-tfal ferħanin”

Dr Lydia Abela rigward l-Egg Hunt f'Villa Francia

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum ittellgħet l-ewwel edizzjoni ta’ Egg Hunt f’Villa Francia li rriżultat bħala  attività mill-isbaħ għat-tfal u dawk li akkumpanjawhom, anke dawk ġejjin mid-djar residenzjali għat-tfal.

Dan is-sit tkellem mal-moħħ wara din l-attivitá, mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, li tatna iktar dettalji.

“Din kienet l-ewwel edizzjoni ta’ Egg Hunt f’Villa Francia fejn permezz tagħha ftaħna l-bibien ta’ Villa Francia u stedinna lit-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex biex jiġu flimkein ma’ ġenitur tagħhom u jieħdu gost f’attivitajiet li ġew organizzati apposta għat-tfal ġewwa l-Villa. Il-ħsieb warajha kien li l-villa tinfetaħ għall-pubbliku biex ikun jista’ japprezzaha bħala parti mill-wirt storiku li għandga, japprezza l-ġmiel tagħha f’atmosfera mill-isbaħ. It-tfal bla dubju ħadu gost jattendu għal dawn l-attivitajiet u attendew bi ħġarhom. Tajjeb ngħidu li l-villa nfetħet ukoll għad-Djar tat-Tfal ta’ Malta u Għawdwx, għat-tfal li huma vittmi ta’ vjolenza domestika u għal tfal ta’ Special Olympics Malta.”

Dr Abela qalet li attivitajiet bħal dawn huma għal qalbha ħafna, fejn huwa l-gost u l-pjaċir tagħha meta tara lit-tfal ferħanin. Din kienet l-ewwel edizzjoni li kienet suċċess fejn rat li t-tfal ħadu gost u attendew bi ħġarhom. Saħqet li dak jgħamillha l-kuraġġ biex tkun tista’ torganizza attivitajiet simili fil-jiem li ġejjin.

Mart il-Prim Ministru temmet tirrimarka li permezz ta’ din l-attivitá, inġabru fondi għall-Puttinu Cares, liema fondi se jkunu qed jingħataw lil din l-organizzazzjoni fil-jiem li ġejjin.

Sport