Il-ġuri ta’ Yorgen Fenech ikomlpli llum hekk kif il-ġurati huma mistennija jisimgħu r-recordings tal-interrogazzjoni tiegħu

Aqra wkoll

Il-ġuri dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fl-2017 tkompli llum hekk kif il-ġurati huma mistennija jisimgħu leħen Fenech b’mod dirett permezz r-recordings tal-interrogazzjoni tiegħu mill-pulizija, wara li x-xhieda ta’lbieraħ kixfet kif Fenech kien allega li l-eks Chief of Staff tal-Kastillja, Keith Schembri, kien fiffinanzja l-pjan tal-qtil b’€80,000 li għaddielu f’borża tar-Reebok.

Is-seduta ta’ lbieraħ kienet iddominata mix-xhieda t’uħud mill-iktar investigaturi ewlenin fil-każ, bl-Eks Spettur Kurt Zahra. Zahra ddettalja l-ewwel mumenti traġiċi tal-isplużjoni fil-Bidnija f’Ottubru 2017 sal-mumenti li twassal għall-arresti ta’ Melvin Theuma, Yorgen Fenech, u wara Keith Schembri.

Zahra kixef lill-ġurati kif f’mumenti ta’ interrogazzjoni, Fenech kien ammetta li inizjalment kien jipprova jipproteġi lill-ħabib kbir tiegħu, Keith Schembri. Madankollu, wara li Fenech qal li beda jħossu tradut minnu, kien allegat li Schembri kien fiffinanzja sa €80,000 fi flus kontanti, li ġew mgħoddija f’borża tar-Reebok biex jitħallsu l-qattiela. Fenech żied ukoll li Schembri kien allegatament pjana u fiffinanzja pjan ta’ qtil ieħor matul 2014 b’xejn inqas minn €30,000, iżda il-pjan qatt ma seħħ.

Zahra spjega kif, fil-jiem ta’ qabel l-arrest tiegħu f’Novembru 2019, Fenech sostna li kellu pjan mill-Eks Chief of Staff flimkien mat-Tabib Adrian Vella biex jaħrab lejn Għawdex minn fejn kien se jorganizza tim ta’ avukati . It-tabib Vella allegatament ħa “script” b’dettalji dwar x’għandu jgħid Fenech lill-pulizija mingħand Schembri f’Portomaso. Fenech kien iddikjara f’dak il-mument meta qata’ diversi partijiet mill-karta: “Jekk ninżel jien, se jinżel miegħi!”

L-investigatur kien kixef ukoll dwar kif Keith Schembri, fil-mument tal-arrest tiegħu fis-26 ta’ Novembru 2019, qal lill-pulizija li kien tilef il-mobile phone uffiċjali tiegħu. Hu kien ukoll oġġezjona li l-uffiċjali jieħdu l-laptop ta’ bintu għax kellha bżonnu għall-iskola.

Iktar kmieni matul is-seduta, l-Ispettur Shaun Friggieri tas-Settur tar-Reati Finanzjarji, spjega dwar investigazzjonijiet separati dwar “leaks”. Huwa spjega li r-recordings u r-ritratti li nstabu fil-kaxxa tal-ġelat ta’ Melvin Theuma kienu jikkonfermaw r-relazzjoni viċina ħafna u l-komunikazzjoni kontinwa bejn Schembri u Fenech permezz ta’ applikazzjonijiet encrypted bħal WhatsApp u Signal.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport