Tuesday, April 30, 2024

Il-ġurnal POLITICO jagħżel lil Agius Saliba bħala persuna ta’ influwenza għall-2022

Aqra wkoll

Għat-tieni darba, il-ġurnal POLITICO poġġa lill-MEP Laburista Alex Agius Saliba fil-kategorija ‘People To Watch’. Din id-darba fil-qasam diġitali għas-sena 2022. 

F’kumment fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook Agius Saliba qal li jħossu kburi li dan il-ġurnal awtorevoli għażlu bħala wieħed minn numru żgħir ta’ persuni li fuq bażi Ewropea se jkollhom influwenza qawwija fuq il-politika diġitali.

“Dan ir-riżultat huwa wieħed li nilqa’ b’sodisfazzjon u jimlini b’aktar kuraġġ sabiex nibqa’ naħdem f’dan is-settur li se jkun qed jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies b’mod tanġibbli”, tenna Agius Saliba.

Sport