Wednesday, January 29, 2025

Il-Gvern m’huwiex qed idaħħal l-ebda taxxa ġdida jew addizzjonali – inkluż eco-tax fuq xi prodotti tax-xorb manufatturati lokalment u/jew importati, inkluż l-ilma

Aqra wkoll

B’ referenza għall-komunikazzjonijiet li qed jiċċirkolaw fil-midja lokali llum, 29 ta’ Jannar 2025, Circular Economy Malta tixtieq tiċċara l-miżinformazzjoni li qed tiġi ċċirkolata.


Il-Gvern m’huwiex qed idaħħal l-ebda taxxa ġdida jew addizzjonali – inkluż eco-tax fuq xi prodotti tax-xorb manufatturati lokalment u/jew importati, inkluż l-ilma.

Rapporti ta’ eco-tax ġdida huma tabilħaqq foloz.

Fir-rigward tal-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb (BCRS), ma kien hemm ukoll l-ebda bidla fid-depożitu € 0.10c rimborsabbli fuq kontenituri tal-plastik li jintużaw darba biss; dan id-depożitu huwa eżentat mill-VAT u jibqa’ kompletament rifondibbli skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja 549.134. Dan mhux qed jiżdied.

Għalhekk, kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn kumpaniji privati bl-ebda mod mhi relatata ma’ dan ta’ hawn fuq. Fl-istess waqt, il-Gvern se jkompli jħeġġeġ lill-pubbliku inġenerali biex jagħmel il-bidla minn kontenituri tax-xorb li jintużaw darba għal kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw u li jistgħu jerġgħu jimtlew, kif ukoll sistemi aktar sostenibbli bħal Home reverse Osmosis u sistemi li jiffiltraw l-ilma, permezz ta’ inċentivi fiskali eżistenti.

B’ mod importanti, il-Gvern jinkoraġġixxi lill-pubbliku ġenerali jadotta l-inizjattiva tal-Bring Your Own Container, li tnediet fl-2024. L-inizjattiva tippropaga l-użu ta’ kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw u tibbenefika lill-konsumaturi b’ inċentivi finanzjarji.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport