Sunday, December 22, 2024

Il-Gvern qed ikompli bil-ħidma sabiex jattira iktar żagħżagħ fis-settur tal-agrikoltura

- Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Aħna qed naħdmu bis-sħiħ biex nattiraw iktar żagħzagħ jidħlu jaħdmu fis-settur agrikolu. Dan sabiex naċċertaw illi iva jkollna l-ġenerazzjoni futura jaħdmu f’dan is-settur u b’hekk ma jispiċċax. Hemm skema fejn iż-żagħżagh jigu mgħallma sabiex ikunu bdiewa attivi”

Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura, u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said f’diskors li għamlet fil-parlament, fejn enfasizzat il-fatt li l-pandemija tal-Covid-19 għallmitna li ma nistgħux nibqgħu niddependu fuq pajjiżi oħrajn għall-provvisti tal-ikel.

Bugeja Said irrimarkat li l-Gvern ħadem qatigħ u stqarret li temmen li s-sostenibilità hija usa minħabba li din tfisser li jkollna bżonn art u bdiewa iżjed. Qalet; “Ħdimna u qed naħdmu sabiex nipprovdu iktar għajnuna fis-settur tal-biedja”.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li tieħu gost ħafna li tara diversi studenti jinvolvu ruħhom, fejn iżuru l-irzizet u jżuru l-annimali. Fid-diskors tagħha, hija qalet li ġieli żaret xi skejjel u rat studenti kif jiġu mħeġġa sabiex ikabbru l-pjanti. Kien hawn fejn irringrazzjat lill-għalliema u lill-amministrazzjonijiet tal-iskejjel tal-għajnuna.

Ekonomija

Sport