Friday, November 15, 2024

Il-Gvern se jibqa’ jżomm pożizzjoni legali soda favur l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu, il-Gvern saħaq li qed iżomm bis-sħiħ mal-pożizzjoni kkomunikata fl-istqarrija ta’ jumejn ilu u se jibqa’ jżomm pożizzjoni legali soda favur l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin.

Dan b’reazzjoni għall-istqarrija ta’ Steward Healthcare Malta, ippubblikata llum it-23 ta’ Marzu, dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li jieħu l-kontroll immedjat tat-tliet sptarijiet.

L-istqarrija ta’ Steward Malta, li sostniet illi l-Gvern – legalment – mhux f’pożizzjoni illi jieħu l-kontroll immedjat tat-tliet sptarijiet, hija barra minn lokha, kif il-Gvern diġà spjega għal iktar minn darba.

Il-Gvern saħaq li qed jerġa’ jassigura s-servizz lill-pazjenti kollha u l-impjieg tal-ħaddiema kollha fl-isptarijiet.

Ekonomija

Sport