Il-GWU: Grazzi lill-ħaddiema tal-Enemalta għad-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju tagħhom

Aqra wkoll

It-Taqsima Kimika u Enerġija fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) tirringrazzja u ssellem lill-ħaddiema tal-Enemalta li, minkejja s-sħana qawwija u l-kundizzjonijiet diffiċli, qed jaħdmu bla waqfien biex isewwu l-ħsarat u jerġgħu jagħtu s-servizz tal-elettriku lill-familji u lin-negozji fl-iqsar żmien possibbli.

Wara kull ħsara li tissewwa hemm ħaddiem li qed jagħmel sagrifiċċju. Ħaddiem li qed jaffaċċja kundizzjonijiet diffiċli biex jiżgura li s-servizz jerġa’ lura għan-normal kemm jista’ jkun malajr.

Dawn il-ħaddiema jistħoqqilhom rispett, rikonoxximent u kundizzjonijiet xierqa tax-xogħol li jirriflettu r-responsabbiltà u l-ħidma essenzjali li jwettqu.

Grazzi tal-ħidma, tas-sagrifiċċju u tad-dedikazzjoni tagħkom.

Il-GWU tinsab magħkom – illum u dejjem.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport