IL-GWU TFAĦĦAR L-IMPENN TAL-ĦADDIEMA TAL-ENEMALTA FI ŻMIEN TA’ SĦANA ESTREMA

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

B’sens ta’ solidarjetà mal-ħaddiema tal-Enemalta li bħalissa qed jaħdmu f’kundizzjonijiet estremi biex jipprovdu l-elettriku lill-familji u n-negozji, il-Ħamis filgħodu, is-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija fi ħdan il-General Workers’ Union Rita Dimech żaret lil dawn il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom. 

Fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ġdid fin-Naxxar, is-Segretarju Dimech setgħet issegwi mill-qrib dak li l-ħaddiema jesperjenzaw fil-qadi ta’ dmirijiethom lejn il-pajjiż. 

F’kumment li tat lil dan il-ġurnal, hija faħħret lil dawn il-ħaddiema tas-servizz tagħhom u qalet li dawn jaħdmu lejl u nhar biex il-poplu jkun moqdi bl-aħjar mod. U għalhekk sostniet li m’hemmx kliem biżżejjed biex wieħed jirringrazzja l-ħidma ta’ dawn in-nies.

Dan il-ġurnal ħa wkoll il-kummenti ta’ Aldo Saliba, wieħed mill-ħaddiema tal-Enemalta, li aċċerta li x-xogħlijiet għaddejjin kontinwament anke bl-isforzi tal-ħaddiema involuti. Huwa fakkar li l-kumpanija għandha nies kompetenti ħafna kif ukoll tagħmir mill-aktar modern li jixhed l-investiment qawwi li sar matul is-snin mill-kumpanija. 

Saliba qal li s-sħana kienet ta’ sfida kbira għalihom tant li d-domanda pubblika għall-elettriku kienet waħda fenomenali. Huwa insista wkoll illi dan l-investiment fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni tan-Naxxar jikkumplimenta oħrajn fosthom dak li għaddej bħalissa fis-Siġġiewi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport