Friday, July 26, 2024

Il-GWU tiffirma Ftehim Kollettiv ma’ Ecopure Ltd.

Aqra wkoll

Ġie ffirmat b’suċċess Ftehim Kollettiv ġdid bejn it-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-General Workers’ Union u Ecopure Ltd. Dan il-ftehim jiggarantixxi firxa ta’ benefiċċji għall-ħaddiema f’din il-kumpanija speċjalment fil-pagi u s-sistema tax-xogħol tagħhom. Ftehim li jkopri s-snin 2024 sal-2028.

Kevin Abela, is-Segretarju tat-Taqsima, estenda l-apprezzament sinċier tiegħu lil dawk kollha involuti fin-negozjati, li bla dubju se jħallu impatt pożittiv fuq il-kumpanija.

L-iffirmar tmexxa mis-Segretarju tat-Taqsima tal-GWU Kevin Abela u x-shop steward Joseph Pace, il-Group Chief Executive ta’ Ecopure Ltd. Norman Aquilina, il-Kap tar-Riżorsi Umani Tonio Mifsud Bonnici, il-Kap tal-Loġistika Chris Borg Cardona u l-Business Manager James Mifsud.

Ekonomija

Sport