Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tal-uffiċjali tas-sigurtà li jaħdmu mal-kumpanija Blue Border Holdings Limited.
Dan l-eżerċizzju seta’ jsir wara li l-maġġoranza assoluta tal-uffiċjali tas-sigurtà ssieħbu membri mal-GWU u ntalbet verifika mid-DIER. Rikonoxximent li ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER fejn ikkonkluda li 100% tal-uffiċjali tas-sigurtà ngaġġati huma membri tal-GWU.
F’kumment li ta s-Segretarju tat-Taqsima Theo Vella huwa saħaq li l-pass li jmiss hu li fil-ġimgħat li ġejjin jibdew in-negozjati għal Ftehim Kollettiv bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema nkluż il-pakkett finanzjarju.