Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali

Aqra wkoll

It-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) irreġistrat tilwima industrijali mad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) wara li ma wasalx għandha d-dokument finali għall-Ftehim Kollettiv, minkejja l-ftehim li kien intlaħaq mal-maniġment tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali matul in-negozjati.

Wara li kien hemm qbil bla preġudizzju bejn il-partijiet, minkejja diversi talbiet, id-dokumenti finali għall-Ftehim Kollettiv qatt ma waslu għand il-GWU u għalhekk ma jistax jitressaq quddiem il-membri tagħha għall-approvazzjoni.

Fid-dawl ta’ dan, il-GWU ma kellhiex alternattiva ħlief li tirreġistra tilwima industrijali mad-DIER sabiex tissalvagwardja l-proċess ta’ negozjar u l-interessi tal-ħaddiema membri li tirrappreżenta.

Il-GWU tibqa’ miftuħa għad-djalogu u tittama li l-proċess jitlesta mill-aktar fis, sabiex il-Ftehim Kollettiv ikun jista’ jitressaq quddiem il-membri għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport