L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ħabbret li l-Kap Eżekuttiv tagħha se jtemm il-kariga minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Fi stqarrija, l-MFSA qalet li wara li kien nieqes mix-xogħol għal raġunijiet mediċi, Joseph Gavin iddeċieda li jirtira kmieni u se jkun qed jirriżenja mill-kariga aktar tard din is-sena.
Gavin, ta’ nazzjonalità Irlandiża, laħaq fil-kariga f’Lulju 2021 imma fil-15 ta’ Ġunju li għadda l-MFSA ħabbret li huwa kien jinsab indispost.
Fl-istess dikjarazzjoni, il-Bord tal-Gvern ħabbar ukoll li kien ħatar lil Dr Michelle Mizzi biex tokkupa l-kariga ta’ Aġent Kap Eżekuttiv.