Sunday, December 22, 2024

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Korea t’Isfel jaqla’ daqqa ta’ sikkina f’għonqu

Aqra wkoll

Il-Kap tal-oppożizzjoni tal-Korea t’Isfel, Lee Jae-myung, qala’ daqqa ta’ sikkina f’għonqu waqt żjara fil-belt tan-Nofsinhar ta’ Busan nhar it-Tlieta f’attakk li fortunatament baqa’ f’sensih.

Huwa kien qiegħed idur is-sit tal-kostruzzjoni tal-ajruport il-ġdid ta’ Gadeokdo u jitkellem mal-ġurnalisti meta kien attakkat. Dan ġie kkonfermat minn Kwon Chil-seung, il-kelliem tal-Partit Demokratiku. 

Huwa qal li minħabba l-istess attakk, Lee se jkollu bżonn ta’ intervent kirurġiku fl-Isptar ta’ Seoul wara li jkun trasferit hemmhekk minn Busan. Iddeskriva wkoll dan l-attentat fuq il-ħajja ta’ Lee, bħala attakk terroristiku u theddida serja għad-demokrazija.

Il-President tal-Korea t’Isfel Yoon Suk Yeol esprima tħassib kbir dwar is-sigurtà tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Yoon enfasizza li vjolenza bħal din m’għandha qatt tiġi tollerata taħt l-ebda ċirkostanza u ordna lill-pulizija sabiex tkompli għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha u min kien responsabbli jitressaq quddiem il-ġustizzja.

Ekonomija

Sport