Thursday, April 18, 2024

Il-KOM jesprimi d-diżappunt lejn il-miżuri l-ġodda meħuda mill-Awtoritajiet tas-Saħħa

Aqra wkoll

Wara t-tħabbira mill-Ministru għas-Saħħa Dr Chris Fearne, ilbieraħ it-Tlieta 25 ta’ Jannar, li biha ċ-ċertifikati tal-vaċċin mhux ħa jibqgħu obbligatorji għad-dħul f’diversi postijiet, il-Kumitat Olimpiku Malti esprima d-diżappunt tiegħu għad-deċiżjoni tal-Ministeru li ma jinkludix avvenimenti sportivi li jsiru barra f’din il-lista ta’ tnaqqis tal-miżuri.

Il-Kumitat Olimpiku Malti jixtieq jirrimarka li miżuri bħal dawn se jkomplu jxekklu l-preparazzjoni tal-atleti għal-Logħob tal-Mediterran, il-Logħob tal-Commonwealth u l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li ser jiġu ospitati f’Malta fl-2023. Inkonsistenzi bħal dawn fosthom it-tneħħija tar-rekwiżit tat-tilqim għal avvenimenti fuq ġewwa iżda l-infurzar tal-bżonn tal-vaċċin għall-isports fil-beraħ hija ta’diżappunt kbir.

Barra minn hekk, dawn l-inkonsistenzi ħolqu perċezzjoni li l-booster issa huwa meħtieġ biss minn persuni li jattendu avvenimenti sportivi peress li t-tilqim mhux se jibqa’ obbligatorju għal għadd ta’ avvenimenti oħra.

Il-Kumitat Olimpiku Malti, f’isem il-Federazzjonijiet li jirrappreżenta, jappella lill-Gvern biex jiżgura li l-isport jingħata opportunitajiet indaqs bħal industriji oħra.

Ekonomija

Sport