Thursday, February 13, 2025

“Il-konsumatur se jkun jista’ jixtri numru ta’ prodotti ta’ ħaxix lokali mill-Lidl”- Għaqda Bdiewa Attivi

Aqra wkoll

Mil-lum il-konsumatur se jkun jista’ jixtri numru ta’ prodotti ta’ ħaxix lokali mill-Lidl Malta. Dan huwa zblokk maġġuri għall-prodott Malti. Wara żmien twil ta’ diskussjonijiet u negozjati biex nifhmu r-realtajiet ta’ xulxin, intlaħqu l-ftehimijiet neċessarji biex jittieħed dan il-pass importanti li jawgura tajjeb ħafna għall-bdiewa Maltin.

Dan iddikjaratu l-Għaqda Bdiewa Attivi permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, għaqda li tippromovi l-parteċipazzjoni ta’ bdiewa attivi fuq livell reġjonali. L-istess għaqda spjegat kif bħalissa għaddejjin ukoll diskussjonijiet biex jiżdiedu t-tipi ta’ prodotti lokali fuq l-ixkafef ta’ dan is-supermarket ewlieni.

Ingħad li dan qed isir bil-kordinament tal- Farmers Central Cooperative Society (FCCS) u bis-sapport indispensabbli tal-Malta Food Agency. Dan huwa vot ta’ fiduċja fil-prodott u l-bdiewa Maltin.

Temmew jgħidu; “Għalhekk ir-rizorsi agrikoli lokali (ir-raba’, l-ilma, ecc ) għandhom ikunu f’idejn il-bdiewa professjonali għax huma biss jistgħu jipproduċu biex jimlew l-ixkafef tas-supermarkets tagħna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport