Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti li ser ikunu msiefra jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, it-30 ta’ Mejju, 2026, u li ser jagħmlu dan b’dikjarazzjoni sabiex ikunu jistgħu jivvotaw nhar is-Sibt, it-23 ta’ Mejju, 2026, għandhom jagħmlu din id-dikjarazzjoni sa nofsinhar tal-Ġimgħa, it-22 ta’ Mejju, 2026, skont il-ħinijiet murija hawn taħt:
Mit-8.00 a.m. tal-Ġimgħa, l-1 ta’ Mejju, 2026, sa nofsinhar
tal-Ġimgħa, it-22 ta’ Mejju, 2026 (ħin ta’ Malta)
Onlajn – sit web: www.electoral.gov.mt/advanced-mt
_________________
Fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, Ex-Trade Fair Grounds, In-Naxxar u fl-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, Ir-Rabat, Għawdex
Mill-Ġimgħa, l-1 ta’ Mejju, 2026
Mid-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.
u mit-3.00 p.m. sas-8.00 p.m.
Il-Ġimgħa, it-22 ta’ Mejju, 2026, l-aħħar jum:
Mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Kull applikant għandu jġib il-karta tal-Identita’ tiegħu.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fit-23 ta’ Mejju illi jrid ikollhom id-dokument tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.


