Waqt l-avveniment ‘Fil-Misraħ’ li sar il-Birgu, il-Prim Ministru ħabbar tlett miżuri oħra li jkomplu jibnu fuq dawk li diġa ġew imħabbra.
Fost dawk hemm il-fatt li se tiġi rduppjatha l-għotja tal-first-time buyers minn €10,000 għal €20,000 għall-persuni b’diżabbiltà severa li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.
Miżura oħra hi li l-iskema tal-gym b’xejn għaż-żgħażagħ se testendi ruħha għall-persuni bl-Alzheimer u kundizzjoni bħal Parkinson’s fejn l-eżerċizzju fiżiku jista’ jservi ta’ terapija – din mistennija tgħin ukoll persuna mdaħħla aktar fl-età.
Permezz ta’ Sport Malta, se jibdew jiġu offruti lezzjonijiet tal-għawm bla ħlas li jistgħu jgawdu minnhom it-tfal kollha ta’ bejn 3 u 5 snin biex jitgħallmu jgħumu bħala mezz ta’ eżerċizju fiżiku pjaċevoli u għas-sigurtà tagħhom.


