Saturday, December 21, 2024

Il-kunċett tal-equal pay for equal work se jkun estiż għas-settur privat

- il-Prim Ministru Robert Abela

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kien qed jindirizza mass rally fil-Mosta, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela ħabbar li se jkun estiż il-kunċett tal-equal pay for equal work għas-settur privat.

Dr Abela beda biex stqarr li fil-Kabinett ta’ nhar it-Tlieta ttieħdet deċiżjoni importanti li se tkun qiegħda ttejjeb il-kundizzjonijiet u l-għajxien tal-ħaddiema. Qal li dan seħħ wara li kienu tkellmu fit-tul ma’ min kien hemm bżonn, mhux biss mal-korpi kostitwiti imma anke mal-operaturi nfushom fosthom dawk fil-manifattura, fis-settur tat-turiżmu u n-negozji żgħar u medji.

Il-Prim Ministru tenna li fuq il-kunċett tal-equal pay for equal work, se jsiru l-bidliet kollha meħtieġa fil-liġi sabiex fis-settur privat, il-ħaddiema tal-kuntrattur li jagħmlu l-istess xogħol bħal ħaddiema li jaħdmu b’mod dirett ma’ min iħaddem fuq il-lant tax-xogħol u jkunu qed jaħdmu fuq l-istess post tax-xogħol, jitħallsu l-istess paga daqshom.

“Riforma oħra qawwija li fil-jiem li ġejjin se nagħtu d-dettalji ta’ liġi b’saħħtiha u li qbilna fuqha għal dan il-għan,” qal il-Prim Ministru li nnota wkoll b’sodisfazzjon kif ħafna negozji adattaw għar-realtajiet li qed ngħixu fihom u kienu huma stess li ppreparaw biex jimplimentaw dan il-kunċett ta’ equal pay for work of equal value fl-intrapriża tagħhom.

“Dak huwa l-Partit Laburista, il-Partit ta’ kulħadd li jsib is-soluzzjonijiet għall-ħaddiem u bi qbil ma’ min iħaddem. Dak hu l-mod kif nagħtu s-saħħa lill-ħaddiem,” tenna Dr Abela.

Ekonomija

Sport