Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia tordna li tissokta l-kumpilazzjoni ta’ Noel Azzopardi li jinsab mixli bil-qtil ta’ Eric Borg fir-Rabat

Aqra wkoll

Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia ordnat li tissokta l-kumpilazzjoni ta’ Noel Azzopardi li jinsab mixli bil-qtil ta’ Eric Borg fir-Rabat, liema qtil imur lura għal l-ewwel ta-sena ta’ sentejn ilu.

F’Jannar li għadda Azzopardi għadda ġuri fejn il-ġurati kellhom jieħdu deċiżjoni dwar jekk, l-istess Azzopardi kienx fi stat ta’ ġenn jew le meta qatel lill-vittma.

Fid-deċiżjoni li kienu ħadu, il-ġurati kkonkludew li Azzopardi ma kienx fi stat ta’ ġenn dakinhar tad-delitt . Il-verdett kien inqata b’seba’ voti kontra tnejn. Madanakollu, il-ġurati dakinhar ddeċidew li Azzopardi ma’ kienx f’kundizzjoni li jgħaddi ġuri, bi tmien voti kontra wieħed.

Intant, il-Qorti Kriminali ordnat li l-atti tal-każ jintbagħat lura lill-Qorti tal-Maġistrati. Dan biex tittieħed deċiżjoni dwar jekk hux se titkompla l-kumpilazzjoni. 

Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, li issa ordnat li tissokta l-kumpilazzjoni ta’ Noel Azzopardi, f’Mejju li għadda ħadet id-deċiżjoni li tkompli tisma’ l-kumpilazzjoni. 

Min-naħa l-oħra, kien hemm id-Difiża mmexxija mill-Avukat Arthur Azzopardi li kienet talbet biex dak li qed titlob il-Maġistrat Farrugia ma jsirx 

L-Avukat Azzopardi kien sostna li l-akkużat Noel Azzopardi jinsab fi stat ta’ ġenn u li għalhekk huwa ma’ jistax jikkomunika miegħu u jtih l-istruzzjonijiet. 

Il-Maġistrat Farrugia ċaħdet it-talba u rrimarkat li b’rispett kollu lejn il-Qorti Kriminali hija marbuta bil-liġi li meta mir-rapport tal-esperti jirriżulta li l-akkużat ikun fi stat ta’ ġenn fi żmien il-kumpilazzjoni l-Qorti kellha tissokta bil-kumpilazzjoni.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mis-Supretendent Godwin Scerri u l-Ispettur Wayne Camilleri.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport