Monday, December 23, 2024

Il-Malta International Fireworks Festival jirritorna bejn l-20 u t-30 ta’ April

Aqra wkoll

Bejn l-20 u t-t-30 ta’ April ser jirritorna l-Malta International Fireworks Festival. Dan l-avveniment kulturali huwa skedat li jdawwal is-smewwiet Maltin bi spettaklu pirotekniku li għalih mistenni jikkontribwixxu l-għaqdiet u l-kmamar tan-nar ta’ Malta u Għawdex.

Dan l-avveniment se jinkludi shows pirotekniċi fil-Belt Valletta, Marsaxlokk, in-Nadur, il-Mellieħa u l-qofol jintlaħaq fl-aħħar jum tax-xahar bi spettaklu fil-Port il-Kbir.

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif il-logħob tan-nar huwa parti integrali minn dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin. “Il-Festival tal-Logħob tan-Nar isir mhux biss għat-turisti iżda wkoll għall-familji Maltin u Għawdxin. Huwa eżempju ta’ kif nistgħu nesponu l-prodott iddiverisfikat li joffri pajjiżna,” kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.  

Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA Carlo Micallef stqarr li l-Awtorità tirreklama l-Festival tan-Nar madwar l-Ewropa u l-bqija tad-dinja, biex b’hekk gruppi speċifiċi ta’ nies jaqbdu triqthom lejn Malta għal dan il-festival. “Dan l-avveniment  jgħin lil Malta tattira profil differenti ta’ turist fi żmien meta l-istaġun tas-sajf impenjattiv ikun ftit ġimgħat ’il bogħod,” temm jgħid is-Sur Micallef.

Ekonomija

Sport