Il-komunikazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi wara dak li seħħ ilbieraħ fil-Marokk komplew b’mod kontinwu. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej matul dawn l-aħħar sigħat kien f’kuntatt ma’ numru ta’ Maltin li kellhom bżonn l-assistenza.
L-ammont ta’ persuni ta’ nazzjonalità Maltija li kienu f’Marakesh jew fir-reġjun u li l-Ministeru huwa avżat dwarhom telgħu għal 38. Fortunatament ħadd minnhom ma rrapporta li sofra xi ġrieħi.
Filwaqt li ħafna minnhom diġà ċċaqalqu lejn parti iktar sigura fil-pajjiż, oħrajn mistennija jħallu r-reġjun bejn illum u l-Erbgħa. Huma qed jingħataw l-assistenza meħtieġa mill-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Marokk.
Il-Ministeru f’kuntatt mal-awtoritajiet Marokkini esprima l-kondoljanzi tiegħu għat-telf ta’ daqstant ħajjiet filwaqt li offra li jipprovdi għajnuna umanitarja fir-reġjun affettwat.