Saturday, December 21, 2024

Il-mara li mietet f’inċident bil-mutur fir-Rabat se tingħata l-aħħar tislima l-Ħamis

Aqra wkoll

Cristi Alejandra Robles Valderrama, il-mara Kolumbjana li mietet f’inċident bil-mutur fit-28 t’Awwissu li għadda se tkun qiegħda tingħata l-aħħar tislima l-Ħamis li ġej fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.45pm, fi Triq it-Tabija, ir-Rabat. Malli l-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident, minnufih marret fuq il-post, fejn sabet mutur Honda mixħut mal-art u żewġ tfajliet bi ġrieħi serji fit-triq.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li s-sewwieq tal-mutur, mara ta’ 31 sena mill-Kolombja u residenti Wied il-Għajn, tilfet il-kontroll u ħabtet f’arblu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, fejn ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura filwaqt li l-passiġġiera, sfortunatament, ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. Aktar tard, il-mara l-oħra ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji fejn ilha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva għal dawn l-aħħar jiem.

Ekonomija

Sport