Friday, May 3, 2024

Il-mozzjoni mressqa mill-PN ma tgħaddix

Grech jibqa’ jinsisti dwar ir-reżenja tat-tliet Ministri

Aqra wkoll

L-emenda mressqa aktar kmieni mill-Whip tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar m’għaddietx wara vot li ttieħed fil-Parlament illejla.

Dan hekk kif il-Membri Parlamentari xeħtu l-vot tagħhom b’riżultat ta’ 41 vot kontra u 32 vot favur. 

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela kkundanna l-mod ta’ kif l-Oppożizzjoni pruvat twaqqa’ l-bord li mexxa r-rapport tal-inkjesta f’nasba, iżda nnota li l-istess bord għandu awtorità morali ħafna għax ir-rapport ma daħal imkien fejn provat tmur l-Oppożizzjoni.

Kompla biex jgħid li l-inkjesta tgħid li se tidentifika min għandu jerfa’ r-responsabbiltà imma l-inkjesta mkien ma ssemmi lit-tliet Ministri li qiegħda titlob ir-riżenja tagħhom l-Oppożizzjoni.

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni qal l-obbligu tal-Gvern hu li jara li titħares il-ħajja tan-nies, mhux ikun hu l-kaġun li jmutu n-nies. Saħaq li fl-aħħar snin kellna numru ta’ inċidenti fejn l-istat naqas.

Tenna li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jinsisti li dawk li kellhom sehem fit-traġedja ta’ Jean Paul Sofia jerfgħu r-responsabbiltà politika.

Sport