Wednesday, August 19, 2026
Home Internazzjonali “Il-mument li l-irġiel jindunaw li jien bla dar jibdew joffru l-flus biex...

“Il-mument li l-irġiel jindunaw li jien bla dar jibdew joffru l-flus biex nagħmel is-sess magħhom”

- Victoria titkellem mal-midja Ingliża dwar xi jfisser li tgħix fit-toroq

0
6

“Il-mument li l-irġiel jindunaw li jien vunerabbli u ngħix fit-toroq mill-ewwel jibdew joffruli l-flus biex nagħmel atti sesswali magħhom.” Hekk stqarret Victoria ta’ 31 sena li tgħix fit-toroq tar-Renju Unit wara ċirkostanzi koroh li għaddiet minnhom.

Tgħid li “ħafna drabi lanqas norqod. Xejn ma hu sigur għal mara li tgħix fit-toroq. Ngħix fil-biża’… Jien ma għandi lil ħadd fuq min indur… waħdi hawn fit-toroq.”

Ħaddiema tal-karità fir-Renju Unit qalu li din il-problema żdiedet ħafna u hemm ammont kbir ta’ nisa li wkoll qegħdin jispiċċaw jgħixu fit-toroq. Dawn il-ħaddiema qalu li s-sena li għaddiet kien hemm 4,793 mara tgħix fit-toroq fir-Renju Unit li jfisser żieda ta’ 3% fuq is-sena ta’ qabel.

Il-Prim Ministru Ingliż Andy Burnham wiegħed li l-Gvern se jkun qiegħed joffri l-għajnuna lil dawk kollha li jgħixu fit-toroq, u sal-Milied ma jridx persuna oħra torqod barra fit-triq.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here