Tuesday, May 14, 2024

“Il-pajjiż għad għandu bżonnok… tiqafx nofs triq!” … Bosta messaġġi ta’ kuraġġ għal Oliver Scicluna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bosta persuni rreaġixxew għad-dikjarazzjoni ta’ Oliver Scicluna li lbieraħ kiteb li l-avventura tiegħu fil-politika kienet tieqaf mar-riżultat tal-elezzjonijiet każwali.

Dan hekk kif fl-elezzjonijiet każwali li saru lbieraħ l-istess Scicluna ma rnexxilux jagħmilha fost dawk eletti biex iservu lill-elettorat fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Fost il-ħafna reazzjonijiet pożittivi fil-konfront tiegħu kien hemm dawk li sostnew li l-Prim Ministru Robert Abela għandu jikkunsidra li Scicluna jingħata rwol li jixraqlu għall-ħidma bla qatigħ li wettaq fl-aħħar xhur.

“Fadallek ħafna x’toffri! Malta għandha bżonnok!”, “Qatt mhu tard wisq. Il-politika għandha bżonn nies bħalek li l-iswed jgħidulu iswed u l-abjad jgħidulu abjad u fejn il-griż ma jeżistix. Kuraġġ!”, “Għandna bżonn nies bħalek li jiġġieldu għad-drittijiet tal-minoranzi” u “Ara ma tiqafx nofs triq!” Dawn kienu biss ftit mill-kummenti ta’ inkoraġġiment biex Scicluna ma jiqafx jipprattika dak li kien qiegħed jagħmel f’dawn l-aħħar snin f’isem dawk li sfortunatament jew m’għandhomx vuċi jew saħansitra jibżgħu jitkellmu.

Sellimlu wkoll il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri li qallu li kien unur għalih li kienu kollegi fil-grupp parlamentari tal-Partit Laburista wara li ilhom jafu lil xulxin minn tfulithom. Camilleri stqarr li jemmen li kemm il-pajjiż kif ukoll il-partit għandhom bżonn il-kapaċitajiet tiegħu.

Sport