Friday, December 13, 2024

Il-Partit Laburista b’distakk ta’ 13.1% fuq il-Partit Nazzjonalista

Aqra wkoll

Survey: 55.9% PL; 42.8% PN; 1.3% Partiti Oħrajn

Ninsabu jumejn biss ’il bogħod mill-Elezzjoni Ġenerali. L-aħħar survey xjentifiku għal din il-kampanja elettorali qed juri li d-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista huwa ta’ 13.1 fil-mija favur il-Partit Laburista. Dan jirriżulta mill-ħames stħarriġ ippubblikat mill-Orizzont (l-ewwel erbgħa ppubblikati fit-Torċa tal-aħħar erba’ ġimgħat) f’din il-kampanja elettorali u li sar mill-istatistiku Dott. Vincent Marmarà.

Dott. Marmarà qal li jekk wieħed jikkunsidra turnout ta’ 88 fil-mija kif ukoll il-voti validi minn dawk mitfugħa fl-elezzjoni ġenerali, dan ir-riżultat ipoġġi d-distakk ta’ madwar 39,000 vot favur il-Partit Laburista. Huwa spjega li dan ir-riżultat huwa dipendenti mit-turn out u li dan in-numru jista’ jvarja skont kemm imorru jivvutaw nies

Meta mistoqsija lil liema partit ser jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, 55.9% wieġbu Partit Laburista, waqt li 42.8% qalu li ser jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Partiti oħra għandhom l-appoġġ ta’ 1.3% tal-elettorat. Dan l-istħarriġ sar bejn it-18 ta’ Marzu u t-23 ta’ Marzu, b’kampjun ta’ 1,800 persuna, b’margin of error ta’ +/- 2.3%. Dott. Marmarà spjega li dan huwa kampjun ieħor awtentiku minn dak li saru fl-aħħar erba’ surveys preċedenti u jkomplu juru xejriet konsistenti tas-sitwazzjoni politika f’pajjżna. Huwa spjega li meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li jirriflettu li jwieġbu jew jinsabu indeċiżi, wieħed ikun jista’ jsib sostituzzjoni xjentifika għal dan il-grupp ta’ nies. Żied jgħid li dan il-metodu jissejjaħ Multiple Imputation Technique u b’hekk wieħed jipprova joħroġ ir-riżultat finali ta’ dak li jista’ jseħħ.

Meta r-riżultat ta’ dan l-isħarriġ, jitqabbel mar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2017, wieħed jinnota żieda ta’ 0.9% għall-Partit Laburista u tnaqqis ta’ 0.9% għall-Partit Nazzjonalista. 

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 85.9% qalu li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada jivvutaw lill-Partit Laburusita, 1.4% wieġbu Partit Nazzjonalista, 0.2% qalu partiti oħrajn, 8.1% qalu li ma jafux, 3.8% wieġbu li ma jivvutawx u 0.5% ma weġbux.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 77.8% qalu li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista, 4.9% wieġbu Partit Laburista, 0.2% qalu partiti oħrajn, 13.9% qalu li ma jafux, 2.7% wieġbu li ma jivvutawx u 0.5% ma weġbux. 

Ekonomija

Sport