Saturday, May 18, 2024

Il-partitarji ta’ Marseille jagħmlu l-lejl diffiċli għall-players ta’ Tottenham

Aqra wkoll

Il-players ta’ Tottenham Hotspur, xejn ma kellhom lejl ta’ mistrieħ hekk kif partitarji ta’ Olympique Marseille marru ħdejn il-lukanda fejn kienu alloġġati, għamlu ħsejjes qawwija permezz ta’ murtaletti u użaw kull xorta ta’ logħob tan-nar għal madwar siegħa sħiħa sakemm issejħet il-pulizija. 

Proprju l-lejla Spurs se jilagħbu kontra Marseille liema partita hija valida mill-aħħar ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League fejn l-Ingliżi jridu biss draw filwaqt li l-Franċiżi xejn għajr rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom. 

Peró, Tottenham se jkunu mingħajr il-coach Antonio Conte li jinsab sospiż. Huma qed jillidjaw il-grupp tagħhom bi tmien punti, segwiti minn Sporting u Eintracht Frankurt li għandhom punt inqas minnhom filwaqt li Marseille jinsabu fl-aħħar post b’sitt punti. 

Sport