Saturday, November 16, 2024

Il-PM għandu laqgħa skedata mal-familja ta’ Nicolette Ghirxi

Aqra wkoll

Il-Gvern, permezz ta’ tliet ministri, iltaqa’ mal-familja ta’ Nicolette Ghirxi u d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin b’mod kunfidenzjali b’rispett lejn l-inkjesti li jinsabu għaddejja fuq dan il-każ u fuq kollox b’rispett lejn l-istess vittma u l-qraba tagħha.

Il-Prim Ministru wkoll għandu laqgħa skedata mal-familja. Il-Gvern ifakkar, li apparti l-inkjesta maġisterjali dwar id-delitt ta’ Nicolette Ghirxi, hemm għaddejja inkjesta mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija, presedut mill-Imħallef Geoffrey Valenzia, u separatament inħatret inkjesta indipendenti mmexxija mill-Imħallef Emeritu Lawrence Quintano.

Huwa deplorabbli li każ traġiku ta’ dan it-tip jispiċċa mdawwar f’ballun politiku. Fl-istess waqt il-Gvern jirriafferma l-impenn tiegħu li jkompli jinvesti u jwettaq riformi ntiżi li jipproteġu lill-vittmi.

Minkejja li sar ħafna fl-aħħar żmien, anke bl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallef Emeritu Geoffrey Valenzia dwar inkjesta fuq femiċidju li seħħ sentejn ilu, il-Gvern jibqa’ kommess u impenjat b’mod b’saħħtu li jkompli jġib aktar bidliet. Dan biex jibqa’ jindirizza kemm jista’ jkun possibbli sitwazzjonijiet li jevolvu marbuta mar-realtà tal-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru.

Ekonomija

Sport