Sunday, April 28, 2024

Il-PM jitlob li jitlaqqa’ l-Parlament biex jiddiskuti l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ DCG

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa aktar kmieni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ntqal li l-PM irċieva ir-rapport tal-bord li mexxa l-inkjesta pubblika dwar l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia u kkonferma li se jkun qiegħed jippubblikah illum stess.

Abela f’ittra mibgħuta lill-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li għalkemm hu mitlub biss ipoġġi r-rapport fuq il-mejda tal-kamra tar-Rappreżentanti, jemmen li hemm bżonn li ssir diskussjoni mill-aktar fis.

Fl-istess ittra huwa talab lil Farrugia biex l-Parlament jitlaqqa’ għada fid-9:00 a.m għal diskussjoni bla vot li fiha la jkun hemm mistoqijiet parlamentari u l-ħin għad-dispożizzjoni jinqasam b’mod indaqs bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.

F’ittra separata mibgħuta lill-Kap tal-Oppożizzjoni l-PM informa lil Bernard Grech b’dan kollu. Abela spjega li r-riformi li saru fl-aħħar xhur saħħew l-istituzzjonijiet, il-proċessi li jwasslu għall-ġustizzja u l-qafas demokratiku ta’ pajjiżna.

Abela temm isostni li dawn il-bidliet pożittivi għandhom ikollhom l-appoġġ wiesgħa fejn l-interess nazzjonali jerbaħ fuq il-partiġġjaniżmu.

Sport