Wednesday, March 27, 2024

Is-Siġġiwin maħsuda bil-mewt ta’ Fr Nicholas Cachia

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bosta persuni, b’mod speċjali għadd kbir ta’ Siġġiwin, jinsabu maħsuba u mnikkta wara li llejla tħabbret il-mewt ta’ Fr. Nicholas Cachia. 

Fr. Nicholas, li kien mis-Siġġiewi, miet ġewwa l-isptar JFK Medical Centre fi Florida, Miami.

Filwaqt li taw il-kondoljanzi lill-familjari, in-nies iddeskrivew lil Fr. Nicholas bħala raġel mill-aqwa u qassis għaref u ta’ qalb tajba.

Persuni li kitbu fuq il-midja soċjali qalu li qatt mhu se jinsew il-mumenti sbieħ li kellhom flimkien u l-pariri siewja li kien jgħidilhom.

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, Fr Nicholas għalaq 33 sena saċerdot.

Ekonomija

Sport