Friday, April 19, 2024

Qassis Kattoliku se jgħix ħajja ta’ talb u penitenza wara allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali fuq tfal

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Qassis mid-Djoċesi Kattolika ta’ Saginaw tneħħa mill-ministeru tiegħu għal ħajtu kollha u hu se jgħix ħajja ta’ talb u penitenza. Dan wara allegazzjonijiet li hu abbuża sesswalment minn tfal żgħar. 

Id-Djoċesi ta’ Saginaw fi stqarrija li ħarġet proprju ftit jiem ilu, iddikjarat li Fr Ronald Dombrowski kien tneħħa mill-ministeru pubbliku. Ismu fil-fatt qiegħed imniżżel fuq il-lista tad-djoċesi ta’ qassisin li tneħħew mill-ministeru jinħabba allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali. 

L-allegazzjonijiet kontra Dombrowski jirreferu għall-perjodu tal-bidu tal-ministeru tiegħu. Kien f’Marzu tas-sena 2018, li raġel minn Virginia mar għand il-Pulizija u ddikjara li Dombrowski kien ħa grupp ta’ subien u ġuvintur lejn Florida fis-sena 1975. Ir-raġel qal li hu dak iż-żmienn kellu 13-il sena. 

Skont ir-raġel, Fr Dombrowski li kien serva fil-Kappella ta’ San Stiefnu f’Saginaw, kien qallu biex jorqod miegħu u kien proprju hemmhekk li seħħew l-allegati abbużi. 

Id-Djoċesi ta’ Saginaw kienet irċeviet żewġ każi oħra ta’ allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali kontra Dombrowski. 

Il-qassis qal li hu ma jiftakarx l-allegazzjonijiet li qed jissemmew u talab li “jgħaddi ħajja ta’ talb u penitenza”. 

Sport