Wednesday, April 24, 2024

“Il-PN bħal tim tal-futbol b’ħafna kowċis… x’ma jagħmlux l-autogoals”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard waqt diskors mqanqal fl-attività politika fil-Furjana tkellmet fuq is-suċċess politiku ta’ dan il-gvern li jitkejjel skont kif itejjeb il-ħajja tan-nies.

Attard tkellmet dwar l-għadd ta’ riformi li saru taħt gvern Laburista. Hija tkellmet dwar iż-żmien li ġej u qalet li ħafna qegħdin jistaqsu meta ġejja l-elezzjoni.

Hija sostniet li għaliha u għall-kollegi tagħha, mhijiex importanti meta, iżda li meta l-Prim Ministru Robert Abela jħabbarha, juruh li huma lesti.

Attard tkellmet dwar l-għażla bejn iż-żewġ partiti u sostniet li l-moviment jibqa’ umli “għax inkella jiġrilna bħall-Partit Nazzjonalista”.

Hija qabblet lill-Partit Nazzjonalista ma’ tim tal-futbol u qalet li ma jistax ikollok tim tal-futbol immexxi minn kowċis differenti. Żiedet tgħid li l-Partit Nazzjonalista spiċċa jagħmel l-autogoals għax qiegħed ikun immexxi minn ħafna persuni fi ħdanu.

Fakkret dwar id-diskors ta’ Bernard Grech f’waħda mill-aħħar attivitajiet politiċi f’Ħal Safi fejn ħabbar li se jikkontesta fuq il-ħames distrett biex fl-aħħar sigħat ħarġet l-aħbar fil-gazzetti li se jkun qiegħed isegwi fuq il-passi ta’ l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u jikkontesta fuq it-12-il distrett.

“Tal-Partit Nazzjonalista jixħtu t-tajn fuq in-nies tagħhom aħseb u ara kemm se jagħmlu dan fuqna. “Aħna lesti għall-attakki tagħhom iżda m’aħna se naqgħu qatt għal-livelli tagħhom”, tenniet Attard.

Sport